Lokali

Raġel arrestat fuq pussess ta’ droga kokaina u kannabis

RITRATT: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Korp tal-Pulizija

Raġel ta’ 31 sena residenti l-Belt Valletta kien arrestat wara li nqabad fil-pussess ta’ ammont ta’ droga kokaina u ħaxixa tal-kannabis.

Uffiċjali tal-Pulizija mill-iSkwadra ta’ Kontra d-Droga wettqu tfittxija f’lukanda f’San Ġiljan fejn instabu ammont ta’ pakketti ta’ droga suspettata kokaina u ħaxixa tal-kannabis kif ukoll ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti.

RITRATT: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Korp tal-Pulizija

Iktar tfittxijiet fir-residenza tas-suspettat fil-Belt Valletta irriżultaw fis-sejba ta’ iktar pakketta b’sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis u oġġetti oħra relatati mal-abbuż tad-droga.

Ir-raġel inżamm arrestat u tressaq il-Qorti dalgħodu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras.