Lokali

Tnejn iweġġgħu wara li ħabtu bil-mutur f’barrier

Raġel ta’ 65 sena sofra feriti serji u mara ta’ 59 sena li kienet miegħu sofriet feriti gravi wara li kienu nvoluti f’inċident bil-mutur li kienu fuqu.

Għall-ħabta ta’ 11.50am, iż-żewġ persuni – it-tnejn minn Birżebbuġa – kienu għaddejjin minn Vjal Santa Luċija f’Raħal Ġdid abbord mutur tat-tip Honda meta, għal xi raġuni, ir-raġel tilef il-kontroll tal-mutur u ħabat bih ma’ barrier.

Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna liż-żewġ persuni qabel ma dawn ittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura. Hemm, ir-raġel kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti serji, filwaqt li l-mara qed issofri minn feriti gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Natasha Galea Sciberras, li qed tmexxi Inkjesta, assistita minn diveri esperti. Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ikkummenta