Lokali

Żewġ irġiel aggrediti f’San Pawl il-Baħar – tfittxija għall-aggressuri

Ritratt: Mill-Arkivji

Żewġt irġiel sofrew ġrieħi wara li sfaw aggrediti ilbieraħ filgħaxija f’San Pawl il-Baħar. Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9p.m. f’ Misraħ il-Bajja meta grupp ta’ nies mhux magħrufa qajjmu argument u ħebbu għal raġel ta’ 28 sena u raġel ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Aktar tard, l-aggressuri ħarbu minn fuq il-post. Iż-żewġt irġiel ittieħdu ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta għall-kura fejn ir-raġel ta’ 28 sena ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt r-raġel ta’ 34 sena sofra minn ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija tad-Distrett qed tinvestiga l-każ.