Lokali

100 JUM FIT-TMEXXIJA: Illejla intervista ma’ Bernard Grech

Illum, il-11 ta’ Jannar immarka l-100 ġurnata ta’ Bernard Grech fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista li issa qed iħares lejn ix-xhur li ġejjin billi jippreżenta Paġna Ġdida għal pajjiżna.

100 jum fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista – 100 jum ta’ riformi, tiġdid, tisħiħ tal-istrutturi interni, laqgħat, konsultazzjoni wiegħsa, tfassil ta’ policies, ideat, lista twila ta’ kandidati ġodda u proposti għall-ġid tan-nies.

Din it-tema, fil-fatt, qed tirrifletti wkoll Paġna Ġdida għall-PN wara ħafna xogħol ta’ tisħiħ u tiġdid fl-istrutturi interni tiegħu.

Paġna Ġdida għall-PN bi tfassil ta’ politika li tpoġġi lill-bniedem fiċ-ċentru, biex jitkattar il-ġid u jitqassam b’mod ġust bejn kulħadd.

Paġna ġdida anke għall-poplu wara xhur sħaħ ta’ sagrificcji.

Paġna Gdida għall-poplu li qed jara lill-PN b’saħħtu u aktar kredibbli – kif fil-fatt juru l-aħħar surveys indipendenti, ppubblikati fil-ġurnali: partit li bil-bidliet li qed jagħmel qed juri li lest imexxi l-pajjiż.

It-tema tirrifletti wkoll Paġna Ġdida għal pajjiżna wara snin li matulhom ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna ħadet daqqa ‘l isfel frott id-deċiżjonijiet ħżiena tat-tmexxija Laburista f’Kastilja – Paġna Ġdida għal pajjiżna bit-tama ta’ futur aħjar.

Intant, il-gurnata tat-Tnejn għal Bernard Grech kienet waħda impenjattiva, kif issoltu tkun – numru ma jaqta’ xejn ta’ impenji, laqgħat, diskussjonijiet ma nies ġejjin minn setturi differenti tas-soċjetà – bil-Kap tal-PN juri enerġija ma taqta’ xejn quddiem il-perjodu li deħlin fih, ta’ ħafna sfidi kbar għall-partit u għall-pajjiż.

Illejla l-Kap tal-PN Bernard Grech se jkun intervistat waqt il-programm Net Live li se jkompli ezatt wara dan il-bulettin tal-aħbarijiet.