Lokali

Allegazzjonijiet foloz dwar il-Greens Supermarket f’Għawdex

Greens Supermarket Limited tixtieq tinforma lill-pubbliku li
qed jiġu cirkolati allegazzjonijiet foloz dwar numru ta każijiet pozittivi ta’
COVID-19 fil-Greens Supermarket, f’Ghawdex.

Il-management jiċħad dan kategorikament u bi ħsiebu jiehu l-passi neċessarji kontra min qiegħed jiċċirkola dawn l-aħbarijiet foloz.

Fi stqarrija Greens Supermarket Limited qalu li ser ikompli jżomm l-ogħla kriterji u miżuri matul Il-pandemija sabiex jassikura l-protezzjoni tal-impjegati tieghu u tal-klijenti mill-CORONAVIRUS.

Huma fakkru wkoll fis-servizz fejn l-affarijiet jistgħu jigu ordnati online u jsir delivery tagħħom fi żmien 24 siegħa. Is-sit elektroniku huwa www.greens.com.mt Greens jixtiequ jfakkru l-pubbliku ukoll bis-servizz uniku f’Malta tas-selfcheckouts bl-użu ta’ sistema contactless fil-ħwienet ta’ Malta ukoll ideali ghal waqt il-pandemija.