Lokali

Argument fil-Gżira

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-ħdax u nofs (2330hrs), il-Pulizija intalbet għall-għajnuna wara argument bejn żewġ persuni fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ argument bejn ġuvni ta’ 18-il sena li jgħix l-Isla u raġel ieħor ta’ 26 sena li jgħix l-Imsida.

Waqt dan l-argument allegatament intużat sikkina.

Il-ġuvni mar il-Poliknika tal-Furjana u ġie iċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.
Dwar dan il-każ ir-raġel ta’ 26 sena qed jinżamm mill-Pulizija għal aktar stħarriġ.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.