Lokali

Filippin ta’ 37 sena jsofri ġrieħi gravi

Raġel ta’ 37 sena li jgħix il-Qrendi sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli.

L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-ħdax u nofs fi Triq il-Buttar, Santa Venera.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn hemmhekk sabu raġel midrub fuq il-bankina. Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li r-raġel, għal xi raġuni spiċċa ssakkar f’residenza u prova joħroġ billi tela’ fuq il-bejt. Huwa tilef il-bilanċ u waqa’ għall-isfel.

Ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa u ġie iċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.