Lokali Qorti

Ħabs fuq passaport falz biex jitilqu minn Malta

Camara Sambou ta’ 27 sena mill-Mali li joqgħod f’residenza privata f’Raħal Ġdid ġie kundannat disa’ xhur ħabs filwaqt li Saliu Mohammed ta’ 21 sena mill-Guinea residenti f’Lyster Barracks f’Ħal Far ġie kundannat sena ħabs fuq ammissjoni li kellhom fil-pusses tagħhom dokument falz, f’dan il-każ passaport Taljan f’isem ħaddieħor.

Huma ammettw wkoll li ppruvaw jagħmlu użu minn dawn il-passaporti u li għamlu dikjarazzjonijiet foloz lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni. Mohammed waħdu ammetta li ilu maħrub minn Ħal Far sa mill-21 ta’ Ġunju li għadda. Għalihom deher l-Avukat Simon Micallef Stafrace