Coronavirus Lokali Saħħa

Il-Gvern iżomm moħbija l-informazzjoni dwar kemm waslu vaċċini

Robert Abela jgħid li hu Profeta

Il-Gvern ma jridx jgħid kemm waslu s’issa vaċċini għal kontra l-Covid.

Mistoqsi minn Net News għal din l-informazzjoni, il-Ministru tas-Saħħa naqas milli jwieġeb. Dan fl-istess waqt li fil-Parlament, meta illejla tkellem dwar il-pandemija, Robert Abela stqarr li “hu Profeta”.

In-nuqqas ta’ informazzjoni minn naħa tal-Gvern tfisser li s’issa ma nafux eżatt kemm waslu vaċċini tal-Pfizer u tal-Moderna.

Il-Ministeru ta’ Chris Fearne kien mitlub jgħaddilna din l-informazzjoni sallum f’nofsinhar.