Coronavirus Lokali Saħħa

“Il-Gvern m’għandux jindaħal fil-parir mogħti minn professjonisti mediċi” – UPE

Il-Union tal-Edukaturi Professjonali (UPE) – Voice of the Workers, tinsab xxukjata bl-aħbar li konsulent tas-saħħa responsabbli għall-koordinazzjoni tar-rispons tas-saħħa pubblika għall-COVID-19 ġie “mneħħi”, kif iddikjarat mill-Assoċjazzjoni Medika Maltija aktar kmieni llum. L-UPE tixtieq turi s-solidarjetà tagħha mal-MAM.

Fi stqarrija l-UPE qalet li l-Gvern m’għandux jinterferixxi mal-parir mogħti minn professjonisti mediċi, peress li tali interferenza tista’ potenzjalment tikkawża żieda sostanzjali ta’ każijiet pożittivi ġodda.

Il-UPE għadha ma approvatx il-ftehim li ntlaħaq il-Ġimgħa li għadda bejn l-MUT u l-Gvern peress li l-UPE ma ngħatatx iktar dettalji.