Lokali Parlament

Il-parlament jikkundanna l-attakki vjolenti fuq il-Kungress Amerikan

Supporters of President Donald Trump climb the west wall of the the U.S. Capitol on Wednesday, Jan. 6, 2021, in Washington. (AP Photo/Jose Luis Magana)

Il-parlament Malti kkundanna l-attakki vjolenti fuq il-Kungress Amerikan minn partitarji ta’ Donald Trump fil-ġranet li għaddew u espriema solidarjetà mal-poplu Amerikan quddiem din is-sitwazzjoni.

Kien l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia li fil-bidu tas-seduta tal-lum għamel dikjarazzjoni li fiha kkundanna dan l-attakk u qal li dan kien attakk fuq id-demokrazija fl-Istati Uniti tal-Amerika. Hu qal li l-attakk hu aktar kundannabbli għall-fatt li dan sar propju fil-ħin li kien qed jiltaqa’ l-Kungress Amerikan.

L-Ispeaker ordna biex din is-solidarjetà espressa mill-parlament Malti tkun komunikata lill-Kungress Amerikan.

Id-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li dawn l-inċidenti juru kemm id-demokrazija hi fraġli iżda kemm id-demokrazija fl-Istati Uniti hi b’saħħitha għax irnexxielha tgħeleb din l-isfida.

Il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield ingħaqad mal-kummenti tal-Ispeaker u tal-Oppożizzjoni.