Coronavirus Saħħa

Il-UĦM tgiddeb dak li qal il-Ministru Chris Fearne

Bosta tkellmu ma' Net News li seħħet polza f'numru ta' djar tal-Anzjani biex jaraw min għandu jieħu l-vaċċin tal-Covid

Kienu numru ta’ ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li tkellmu ma’ Net News dwar is-sitwazzjoni kurrenti, deskritta minn uħud bħala farsa, fejn numru ta’ frontliners li qed jingħataw il-vaċċin tal-Covid, ittellghu bil-polza biex jiddeċiedu min minn fosthom se jingħata t-tilqima. Storja li kienet konfermata ukoll mill-UĦM Voice of the Workers.

Net News mal-ewwel saqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, dwar din is-sitwazzjoni imbarazzanti.

Viżibbilment skomdu, u kuntrarju għall-mod li bih issoltu jwieġeb lill-midja, Fearne prova jgħid li din hi biss ‘fake news’…biex iwaqqa’ dak li qalet il-UĦM.

“Le mhux vera…. fake news, fake news”- Chris Fearne

Mhux tal-istess ħsieb Gian Paul Gauci, Assistent Direttur fi ħdan il-UĦM, illi kkonferma t-tħassib li għandhom bosta ħaddiema fis-settur tas-saħħa.

“Tal-elderly jien smajt minn żewġ postijiet differenti, żewġ homes differenti, li dawn tant m’għandhomx biżejjed tilqim kellhom itellgħuhom bil-polza biex jara min minnhom se jieħu t-tilqima hemmhekk…

Oħrajn qed jiġu skedati biex imorru Mater Dei.. ma tagħmilx sens toqgħod tidħol Mater Dei biex titlaqqam, meta suppost it-tilqim jista’ jmur fil-Homes…..

Apparti hekk il-professjonisti li jduru l-Homes kollha tal-Privat dawn għadhom ma tlaqmux sal-lum.

Ovvjament min hu milqut huwa ddiżappuntat għaliex fl-aħħar mill-aħħar jridu jingħataw l-istess trattament bħal ħaddieħor…  u jridu jagħmlu x-xogħol, dawn qed jaraw pazjenti li kapaċi jkollhom il-Covid… allura dawn huma l-aktar f’riskju… fl-istess ħin qed ngħidu li kollox qiegħed miexi ħarir… meta mhux kollox miexi ħarir… kieku kollox miexi ħarir kieku t-tilqim tqassam ma’ kulħadd, mal-frontliners kollha”