Coronavirus Edukazzjoni Knisja Lokali Saħħa

“Kenneth Grech għandu jerġa’ jingħata l-kariga li kellu”

It-Tabib Kenneth Grech flimkien mal-Professur Charmaine Gauci

Is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika u l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja huma xxukjati bir-rapporti li Kenneth Grech ġie mkeċċi.

Sa mill-bidu nett tal-pandemija, it-Tabib Grech, fil-kapaċità uffiċjali tiegħu u flimkien mal-kollegi tiegħu, taw parir validu ħafna meta ġie ikkunsidrat jekk l-iskejjel għandhomx jilqgħu fiżikament jew le studenti u edukaturi. Fl-istqarrija qalu li finalment Grech dejjem fittex li jissalvagwardja s-saħħa tal-poplu Malti.

Filwaqt li jesprimu s-solidarjetà tagħhom, is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika u l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja qed jitolbu li Grech jerġa’ jingħata l-kariga tiegħu bħala Kap tat-Tim ta’ Rispons tal-COVID-19 fl-aħjar interess ta’ kulħadd.