Coronavirus Lokali Saħħa

L-MAPHM tikkundanna t-tkeċċija ta’ Kenneth Grech

It-tabib Kenneth Grech

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mediċini għas-Saħħa Pubblika tikkundanna t-tkeċċija tal-Konsulent responsabbli għat-tmexxija tat-Tim ta’ Rispons għas-Saħħa Pubblika, Kenneth Grech.

Fi stqarrija l-Assoċjazzjoni qalet li dan l-iżvilupp huwa wieħed xokkanti ħafna u u ovvjament m’għandu x’jaqsam xejn mat-tfassil tal-istrateġija Nazzjonali biex tiżgura fondi tal-UE peress li speċjalisti oħra tas-saħħa pubblika kienu diġà assenjati biex jaħdmu fuq dan.

L-MAPHM qalet li din il-mossa turi nuqqas ta’ rispett lejn il-professjonisti u imprudenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Intqal li l-konsulent Grech kien strumentali fil-ħidma tiegħu u fil-parir li kien jagħti anki fil-mod kif pajjiżna jista’ jaffronta l-imxija tal-Covid-19.