Basketball Sport

LA Lakers bil-ħames rebħa konsekuttiva tal-istaġun

Los Angeles Lakers jibqgħu mingħajr telfa f’dan l-istaġun wara li għelbu lil Houston Rockets 120-102. Anthony Davis skorja 27 punt fir-ritorn tiegħu wara li kien barra fuq injury. Lakers huma l-eks champions tal-kampjonat, u s’issa rebħu ħamsa minn daqstant partiti.

LA Clippers għelbu lil Chicago Bulls 130-127, fejn Kawhi Leonard qabeż l-10,000 punt fil-karriera tiegħu wara li skorja 21 fil-partita.

Il-partita bejn Boston Celtics u Miami Heat ġiet posposta minħabba l-miżuri relatati mal-pandemija tal-coronavirus, hekk kif Miami ma kellhomx il-minimu ta’ tmiem plejers disponibli, filwaqt li Boston kellhom tmienja eżatt.

Denver Nuggets rebħu 114-89 kontra New York Knicks filwaqt li Toronto Raptors sfaw megħluba b’punt wieħed biss kontra Golden State Warriors bir-riżultat finali huwa dak ta’ 106-105.

Shai Gilgeous-Alexander skorja l-ogħla punti tal-istaġun permezz ta’ 31 punt fil-partita għal Oklahoma City Thunder fejn rebħu 129-116 kontra Brooklyn Nets. Utah Jazz ħarġu minn punt fil-konfront kontra Detroit Pistons 96-86.