Lokali

Posposti l-AGMs kollha tal-Partit Nazzjonalista fil-lokalitajiet

Minħabba li n-numri tal-Covid qed jidhru li qed jibqgħu telgħin, Net News jinsab infurmat li l-Laqgħat Ġenerali kollha tal-PN se jiġu posposti ħalli tiġi assigurata s-saħħa tan-nies.

Il-PN qed jappella biex in-nomini għal-laqgħat lokali xorta waħda jidħlu sa 7 t’ijiem qabel id-data oriġinali tal-Laqgħa Ġenerali. 

Fil-ġranet li ġejjin il-PN se jerġa’ jikkomunika dwar kif se jsiru l-laqgħat lokali sabiex it-tigdid tal-Kumitati isiru xorta waħda.