Lokali

Robert Abela jibqa’ jaħbi r-returns tiegħu tat-taxxa

"Kollox clear aħna.. mhux bħalkom.. ja qatta’ imbeċilli" – Clint Camilleri

Il-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa’ jwebbes rasu u ma jridx jippubblika r-returns tat-taxxa u tal-VAT.

Net News għamel numru ta’ domandi lill-Prim Ministru Robert Abela fejn qalilna li m’għandux problemi jippubblika r-returna tat-taxxa u l-VAT…  dan meta ftit mumenti qabel qalilna li ppubblika kollox.

Ir-returns huma pubbliċi diġà… ir-returns… jien qatt ma kelli problemi tat-taxxa… huma diġà ppubbliċi… qatt ma kelli problemi ma’ tat-taxxa.

…u minkejja dan id-diskors, Abela xorta waħda għadu ma ppubblikahomx.

Saqsejna wkoll lil numru ta’ Ministru u Segretarji Parlamentari x’jaħsbu fuq is-sitwazzjoni prezenti dwar ir-returns tat-taxxa u l-VAT ta’ Robert Abela b’uħud skomdi jaħarbu mid-domandi… u saħansitra kien hemm min għajjarna.

“Mhux dejjem ippubblikati aħna hija” – Clint Camilleri

“Jien naqbel mal-Prim Ministru” – Roseanne Cutajar

“Naħseb hemm regolamenti u rridu noqogħdu għalihom” – Justyne Caruana

“Kollox clear aħna.. mhux bħalkom.. ja qatta’ imbeċilli” – Clint Camilleri

Dawn l-aħħar żviluppi qed ikomplu jħassbu lil ħafna rigward għaliex il-Prim Ministru ma jridx jippubblika r-returns tiegħu tal-VAT u t-Taxxa ta’ qabel l-2017.

Dan minkejja li kien l-istess Robert Abela li għamel pressjoni fuq il-Kummissarju tat-Taxxa biex jinvestiga lill-Kap tal-Partit Nazzjonlista Bernard Grech, fil-perjodu meta ma kienx għadu fil-politika. Bil-Prim Ministru, minflok jagħżel li jkun trasperenti, qed jibqa’ jaħbi dawn id-dokumenti dwar il-pożizzjoni tiegħu tat-taxxa.