Lokali Qorti

Sentenza sospiża fuq serq minn ħanut f’Tas-Sliema

Raġel ta’ 30 sena mwieled it-Tuneżija u li ilu jgħix Malta, anke jekk mingħajr residenza fissa ġie kundannat disa’ xhur ħabs sospiżi għal sena wara li ammetta kkommetta serq ta’ ħwejjeġ tad-ditta minn ħanut f’Tas-Sliema fuq perjodu ta’ jumejn.

Mahmoud Moghrabi ammetta quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li wettaq is-serqa nhar il-Ħamis li għadda għall-ħabta tal-3.45pm mill-ħanut li jinsab fi Triq it-Torri Tas-Sliema. Ammetta wkoll li seraq mill-istess ħanut jumejn wara, jiġifieri nhar is-Sibt, 9 ta’ Jannar bejn is-12.45pm u l-4.00pm.

Għall-ewwel Moghrabi ma kienx se jammetti l-akkużi miġjubin kontrih imma wara li kkonsulta ma,-Avukat tiegħu Arthur Azzopardi bidel fehmtu. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jessica Bezzina.