Coronavirus Lokali

240 każ u mewta oħra – il-każi attivi jaqbżu l-2,500

Ikomplu jitħabbru mijiet ta’ każi ġodda ta’ Coronavirus f’pajjiżna. Wara ż-żieda rekord tas-Sibt li għadda b’245 każ, fl-aħħar siegħat tħabbret żieda qawwija oħra ta’ 240 każ ġdid.

Minn ċifri ppubblikati mill-Ministeru tas-Saħħa, 80 persuna fiequ mill-virus biex issa u sfortunatament, persuna oħra tilfet ħajjitha. Li jfisser li issa il-każi attivi fi ftit jiem sparaw għal iktar minn 2,500 – preċiżament 2,522 persuna.

In-numru totali ta’ każi minn Marzu ‘l hawn issa hu 14,769 u 12,016 li fiequ. In-numru ta’ vittmi tela’ għal 234.