Lokali

Filmat juri lill-Ministru Borg jidgħi fuq it-televiżjoni

Twissija ta’ użu ta’ kliem ħażin

Bosta t-Tlieta filgħaxija spiċċaw ixxokkjati wara li fuq il-midja soċjali ġie ppublikat u beda jinxtered filmat fejn fih jinstema’ l-Ministru Laburista Ian Borg jinfexx jidgħi b’mod dirett fuq it-televiżjoni.

B’mod mill-aktar aġitat, Ian Borg kien qed jagħmel argument waqt li kien mistieden fuq il-programm ippreżentat minn Karl Stagno Navarra fuq il-midja Laburista – meta f’telfa xejn serena huwa qal kliem mhux xieraq u lissen isem Alla fil-batal.

Bosta kkumentaw u esprimew l-istmerrija għal dak li lissen il-Ministru, fejn saħqu li dan il-kliem mhux postu barra t-triq aħseb u ara mitkellem fuq it-televiżjoni minn Ministru li suppost huwa eżempju għal ħaddieħor.

Dan jixhed l-aġir arroganti li bih il-Gvern immexxi minn Robert Abela qed iħejji għas-sena 2021, sena mwiegħda mill-istess Prim Ministru li ser tkun qed twassalna għal ‘normalità ġdida’.