Wara li żamm mistura l-pariri li kellu biex jagħti ftit ċans qabel jiftaħ l-iskejjel wara l-festi, issa l-Gvern jidher li qed jostor ukoll informazzjoni dwar il-vaċċin.
Net News ilu jumejn jitlob in-numru ezatt ta’ dożi tal-vaċċin li waslu f’pajjiżna sa issa. Dan wara li staqsejna l-istess mistoqsija f’tal anqas żewġ okkażjonijiet oħra, f’konferenzi tal-ahbarijiet.
Net News talab din l-informazzjoni lill-Ministeru tas-Saħħa u anke lid-dipartiment responsabbli mix-xiri tal-mediċini, iżda sa issa, din iċ-ċifra baqgħet ma ngħatatx lil dan l-istazzjon, biex il-Gvern qed jibqa’ jostoq informazzjoni li l-poplu għandu kull dritt għaliha.
Dan fl-istess waqt li l-Gvern qed jiffaċċja kritika qawwija minn diversi oqsma u entitatjiet dwar il-pass kajman immens li bih qed jimxi t-tilqim, b’xi istitutuzzjonijiet saħansitra jallegaw li minħabba n-nuqqas ta’ vaċċini, l-anzjani u l-ħaddiema tas-saħħa li suppost kellhom ikunu l-ewwel li jitlaqqmu, qed jittellghu fil-polza biex forsi jkun imisshom il-vaċċin.
Apparti dan il-fatt, diversi huma r-residenzi tal-anzjani privati li tkellmu ma’ Net News u li qalulna li m’għandhmox lanqas l-iċken ħjiel dwar meta se jibda t-tilqim tagħhom, u l-qraba tal-anzjani li jinsabu f’dawn ir-residenzi jinsabu mħassba mhux ftit dwar għalfejn qed jinżammu fl-għama dwar il-vaċċin għall-għeżież tagħhom.
Net News jinsab infurmat li fl-isptar Mater Dei qed johorgu biss mal-100 tilqilma kuljum, biex fi sptarijiet oħra tal-Gvern qed jisqassmu numri zgħar ħafna kuljum, madwar 20 vaċċin kull gurnata.
Dan minkejja li d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ftit tal-jiem ilu qal li pajjiżna għandu l-kapaċità li jlaqqam 10,000 persuna kuljum.
//= $special ?>