Coronavirus Ekonomija Lokali

Indikazzjoni li l-vouchers se jiġu posposti bi ftit ġimgħat

Kollox jindika li għalissa, il-vouchers marbuta ma’ żmien il-Covid se jiġu posposti għalissa.

Il-preparamenti sabiex jinħareġ it-tieni round ta’ €100 vouchers għal dawk kollha ’l fuq minn 16-il sena jinsabu lesti …iżda dawn il-vouchers se jinħarġu wara proċess ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati. Dan kien konfermat minn naħa tal-Gvern.

Skont il-Ministru Silvio Schembri, il-vouchers se joħorġu “meta minnhom nistgħu nieħdu l-aqwa benefiċċju”.

Il-Gvern qal ukoll li dawk il-persuni li għandhom karta tal-identità skaduta jew jeħtieġu li jġeddu l-permess ta’ residenza tagħhom għandhom jagħmlu dan mingħajr dewmien ma’ Identity Malta sabiex id-dettalji tagħhom jkunu aġġornati għal meta jinħarġu l-vouchers.