Lokali Parlament

Is-settur tas-saħħa mentali jeħtieġ azzjoni mmedjata

Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri appella lill-Gvern biex jieħu azzjonijiet immedjati fis-settur tas-saħħa għaliex l-Isptar Monte Carmeli ilu li ddeterjora u għandu bżonn alternattiva ta’ sptar ġdid li jkun joffri l-aqwa servizzi lill-pazjenti.

Fl-Aġġornament tal-parlament Stephen Spiteri espriema solidarjetà mat-Tabib Kenneth Grech li tneħħa mill-kariga fis-settur tas-saħħa fejn kien jagħti kontribut kbir. Hu tkellem dwar is-saħħa mentali u qal li s-sitwazzjoni f’dan is-settur hi waħda diffiċli fejn pazjent tkellem dwar dak li għadda minnu fl-Isptar Monte Carmeli.

Id-deputat Nazzjonalista qal li dan is-settur ilu jiddeterjora s-snin u għalhekk hu bżonn immedjat li jinbena sptar ġdid b’ambjent li jgħin lill-pazjenti. L-Isptar Monte Carmeli ilu li għamel żmienu għaliex dan mhux addattat kemm bħala binja kif ukoll bħala loġistika.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan mhux jgħin biex il-pazjenti jirritornaw gġan-normalità. Il-Kummissarju tas-Saħħa Medika ikkonferma dak li ilha tgħid l-Oppożizzjoni dwar is-settur, sostna d-deputat Nazzjonalista li nsista li l-pazjenti għandhom ikunu trattati bħal kull ċittadin ieħor.

Il-kwalità tas-servizzi hi ħafna ‘l bogħod minn dak li l-pazjenti għandhom bżonn, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-Isptar Monte Carmeli llum hu ta’ diżunur. Jeħtieġ li anki s-servizzi jkunu tal-aħjar kwalità; dan isir meta jkun hemm ir-riżors uman neċessarju.

Is-servizzi fil-komunità ma jitgħu jingħataw bl-aħjar mod jekk ma jkunx hemm ir-riżorsi u s-servizzi neċessarji. Hu antiċipat li se jkun hwn żieda kbira fil-mard tas-saħħa mentali fosthom id-dipressjoni; fil-pajjiż issa hawn problema ta’ saħħa menali assoċjata mad-droga.

Hemm ukoll rapport tal-Awditur Ġenerali elenka l-problemi li hemm fl-Isptar Monte Carmeli fosthom nuqqas ta’ sigrutà ma’ persuni vulnerabbli. Din is-sitwazzjoni m’għandhiex titwal għaliex qed isir ħafna iktar ħsara.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Gvern issa qed jgħid li għandu pjan gal sptar ġdid viċin l-Isptar Mater Dei. Jeħtieġ li l-kriżi fil-psikjatrija u l-mard akut ikun trattat f’post; bil-crisis unit u l-out-patient ukoll jingħataw prijorità. Ma jistax ikun hemm ħitan mimlija kesħa fl-Isptar Monte Carmeli iżda ambjent li jilqa’ lil dawn il-pazjenti.