Internazzjonali

It-tiġrif tal-ajruplan Indoneżjan: Jelevaw waħda mill-kaxxi s-suwed

L-iskwadri għall-emerġenzi tal-Indoneżja elevaw waħda miż-żewġ kaxxi s-suwed ( flight recorders) tal-ajruplan Boeing 737 li ġġarraf, nhar is-Sibt, fil-Baħar ta’ Java, u meta kellu 62 persuna abbord. Fl-inċident ma salva ħadd minn fost il-passiġġieri u l-membri tal-ekwipaġġ.

Skont l-aħħar rapporti, il-flight data recorder ittella fuq l-art fejn l-esperti kienu qed jippruvaw isibu l-voice recorder tal-kabina tal-pilota.

Hu ittamat li d-data mill-kaxxi s-suwed tal-ajruplan jindikaw il-kawża tat-tiġrif li għadha misteru…. Dan wara li l-Boeing — li dakinar kien sparixxa minn fuq ir-radar — ikkraxxja direttament fil-baħar, minuti biss wara t-tlugħ minn ajruport f’Jakarta u meta kellu jivvjaġġa lejn il-belt ta’ Pontianak, fil-Gżira ta’ Borneo.