Coronavirus Lokali

It-tneħħija ta’ konsulent mill-Covid-19 Response Team: Avviż ta’ azzjoni industrijali mill-MAM

“It-transfer ta’ konsulent tas-saħħa pubblika talli esprima l-parir professjonali tiegħu hu inaċċettabbli”. Hekk sostniet l-Assoċjazzjoni Medika Maltija, il-MAM, li fiha tat avviż ta’ tilwima industrijali lill-Ministeru tas-Saħħa wara li t-tabib tas-saħħa pubblika Kenneth Grech tneħħa minn fuq il-Covid Response Team. Dan wara li l-konsulent kien ta parir għall-kawtela fil-ftuħ tal-iskejjel wara l-vaganzi tal-Milied.

Fl-ittra lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa, il-MAM qalet li hu d-dmir etiku ta’ kull tabib li jagħti l-aqwa parir mediku possibbli u l-pazjenti għandu jkollhom is-serħan il-moħħ li l-pariri mediċi li jingħataw huma ibbażati fuq l-evidenza u li huma fl-aħjar interess tagħhom.

Azzjonijiet industrijali mistennija jibdew il-Ħamis u jkomplu jeskalaw minn nhar it-Tnejn 18 ta’ Jannar.

Il-MAM talbet ukoll laqgħa urġenti mal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.