Coronavirus Lokali Saħħa

“Lejl impenjattiv fl-Emerġenza” – it-tabib Michael Spiteri

Net News jinsab infurmat li illejla kien hemm numru kbir ta’ persuni li daħlu għall-kura fl-Emerġenza ta’ Mater Dei, ħafna minnhom b’sintomi tal-Coronavirus.

It-tabib fid-Dipartiment tal-Emerġenza, Michael Spiteri, stqarr li illejla se jkun lejl impenjattiv għall-istaff ta’ Mater Dei. Hu appella biex in-nies ma jirrikorrux l-Emerġenza għal problemi żgħar – għax għal dawn hemm il-Kura Primarja.

“Kburi bil-ħaddiema li qed joffru l-aqwa servizz fl-Emerġenza”, kiteb fuq Facebook it-tabib Spiteri.

It-tabib Michael Spiteri