Futbol Sport

Man Utd jaqbżu lil Liverpool fl-ewwel post qabel il-konfront ta’ nhar il-Ħadd

(Ritratt: EPA)

Gowl ta’ Paul Pogba f’nofs it-tieni taqsima kien biżejjed biex Manchester United kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Burnley u qabżu lil Liverpool fl-ewwel post tal-klassifika qabel il-konfront bejn iż-żewġ timijiet nhar il-Ħadd. Wara bosta mumenti ta’ kontroversja fl-ewwel taqsima, il-gowl deċiżiv wasal fil-71 minuta meta x-xutt ta’ PAUL POGBA kien devjat għal wara Nick Pope.

Everton kisbu rebħa oħra importanti meta barra minn darhom għelbu lil Wolves 1-0. ALEX IWOBI fetaħ l-iskor għal Everton wara sitt minuti b’RUBEN NEVES iġib id-draw għal Wolves tmien minuti wara. Daqqa ta’ ras ta’ MICHAEL KEANE fis-77 minuta minn cross ta’ Andre Gomes aċċerta mit-tliet punti għal Everton.

Sheffield United kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun wara 18-il partita meta għelbu lil Newcastle 1-0. Newcastle temmew l-ewwel taqsima b’għaxar plejer wara li Ryan Fraser intwera’ t-tieni karta safra fil-45 minuta. Il-gowl tar-rebħa għal Sheffield wasal fit-73 minuta permezz ta’ penalty skorjat minn BILLY SHARP.

PREMIER LEAGUE

Illum: Sheff. Utd v Newcastle 1-0, Burnley v Man Utd 0-1, Wolves v Everton 1-2 Għada: Man City v Brighton 7.00pm, Tottenham v Fulham 9.15pm Il-Ħamis: Arsenal v C. Palace 9.00pm