Futbol Sport

Sirens jirritornaw għar-rebħ f’logħba b’erba’ karti ħomor

(Ritratt: Domenic Aqulina)

SENGLEA A ……………… 0

SIRENS ………………….. 1

Senglea A: M. Farrugia, Z. Cassar, A. Abela, F. Gnindokponou, D. Fava, J. Tanti, L. Riascos, A. Scicluna, J. Dibola, D. Xuereb, W. Gomes. 

Sirens: D. Cassar, R. Dos Anjos, T. Jammeh, H. Kone, W. Domoraud, J. Walker, A. Borg, S. Tounkara, R. Scicluna, A.M. Bustos, E. Callegari.

Referee: Andrea Sciriha

Ass. Referees: Jurgen Spiteri u Thomas Debono 

Skorja: A. Bustos 62’

Sirens irritornaw għar-rebħ wara tliet logħbiet mingħajr rebħa meta għelbu lit-tim ta’ qiegħ il-klassifika Senglea, grazzi għal gowl ta’ Bustos ftit wara s-siegħa logħob.Kienet logħba karaterizzata minn erba’ karti ħomor, kollha fit-tieni taqsima fejn l-ewwel kienu Sirens li spiċċaw b’disa’ plejers u fl-aħħar ħinijiet Senglea wkoll kellhom żewġ plejers imkeċċija.

Wara taqsima mingħajr gowls kien Bustos li skorja dak li kellu jkun il-gowl rebbieħ fit-62 minuta. L-istess plejer ntwera karta safra żewġ minuti wara u fil-65 minuta Ryan Scicluna kien imwissi għat-tieni darba biex Sirens spiċċaw b’għaxar plejers.Għaxar minuti minn tmiem il-logħba kontrattakk ta’ Senglea u Bustos iwaqqaf b’mod skorrett l-azzjoni ta’ Senglea li kienet se tirrżulta f’ċans ovvju ta’ gowl, u b’hekk Sirens spiċċaw b’disa’ plejers.Senglea attakkaw biex jippruvaw isalvaw ir-riżultat iżda fis-87 minuta Scicluna kien muri t-tieni karta safra, u fl-94 minuta kien Riascos li wkoll intwera t-tieni karta safra biex iż-żewġ naħat spiċċaw b’disa’ plejers iżda Sirens żammew il-vantaġġ biex kisbu din ir-rebħa u tliet punti prezzjużi.