Lokali Saħħa

Skiet dwar il-manuvri bejn il-Gvern u Steward Healthcare

Skiet li jtarrax mill-Gvern ta’ Robert Abela wara li l-ġurnal il-Mument żvela manuvri li għaddejjin minn wara dahar il-poplu u l-kabinett innifsu …manuvri bejn il-Prim Ministru u Steward Healthcare, hekk kif dawn tal-aħħar jidher li lesti jfarfru mir-responsabbiltà tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Sorsi ta’ min jorbot fuqhom qed jindikaw li dawn in-negozjati jinsabu fi stadju avvanzat sabiex l-Isptar Ġenerali t’Għawdex jirritorna f’idejn l-istat. Madanakollu jidher li l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech ser jibqgħu f’idejn Steward Healthcare.

Dan ifisser li minkejja li l-Awditur Ġenerali stqarr b’mod car li t-tender li ngħata lil Vitals Global Healthcare kellu jiġi skwalifikat – dawn l-isptarijiet ser jibqgħu f’idejn il-barrani għad-detriment tal-poplu Malti minkejja s-sħaba ta’ korruzzjoni fuq dan il-ftehim.

Sussegwentament, Vitals kienu biegħu l-isptarijiet lil Steward Healthcare u issa, Robert Abela, lest izomm dan id-deal kwazi b’mod shih.

Issa, hafna qed jistaqsu, ‘xse jsir mill-miljuni ta’ ewro mitlufa minn ħalq il-poplu sabiex Steward Healthcare ħadu f’idejhom l-isptar Għawdxi? Dan filwaqt li l-poplu Malti u Għawdxi għadhom qed jistennew xi tip ta’ rinnovazzjoni fl-Isptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech.

Mistoqsi minn Net News dwar din is-sitwazzjoni, il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Carmelo Abela, naqas milli jwieġeb u ħarab mill-mikrofonu tagħna.

Il-bidu ta’ normalità ġdida mwiegħda mill-Prim Ministru Robert Abela għas-sena 2021 qed tissarraf f’aġir li ma huwa xejn ġdid għall-Partit Laburista b’manuvri minn wara dahar kulħadd għad-detriment tal-bwiet tal-Maltin u l-Għawdxin. Dwar dan id-deal, ghad hemm ukoll proceduri fil-Qorti li kienu infethu mill-eks Kap tal-PN Adrian Delia.