Lokali Saħħa

Transfer li twettaq għax kien hemm min mhux kuntent bl-analiżi – UĦM

It-transfer li ġarrab it-Tabib Kenneth Grech “seħħ mhux għax il-konsulent kien żbaljat imma għax hemm min mhux kuntent b’tali analiżi.”

Hekk sostniet il-UĦM – Voice of the Workers fi stqarrija fejn uriet solidarjetà mal-Konsulent t’ Saħħa Pubblika t-tabib Kenneth Grech fejn uriet d-dispjaċir tagħha wara li dan ġie trasferit wara li wettaq “analiżi bbażat fuq ix-xjenza.”

Filwaqt li l-UĦM ikkundannat dan l-aġir u talbet lill-Gvern sabiex Grech jerġa’ jingħata postu lura, hija saħqet li dan il-manuvri ma jawgurawx tajjeb għall-paċi industrijali, “l-għaliex din l-attitudni twassal sabiex kull ħaddiem jew professjonist li jokkupa kariġa pubblika jista’ jisfa’ mhedded jekk jesprimi opinjoni li mhux bilfors tingħoġob”.

L-Unjin insistiet li qed ngħixu f’pajjiż demokratiku u għaldaqstant kull parir professjonali għandu jingħata mingħajr biża’ jew favur.