Lokali

Aktar kundanni lejn il-Gvern wara t-transfer li ingħata t-tabib Kenneth Grech

Ikompli jikber il-kor ta’ kundanna lejn Robert Abela u l-Gvern tiegħu wara li l-konsulent fis-Saħħa Pubblika Kenneth Grech ingħata transfer u ma baqax parti mill-Covid Response Team tal-Gvern.

17-il assoċjazzjoni professjonali li jiffurmaw l-MFPA esprimew solidarjetà mat-tabib Grech, u insistew li huwa kundannabbli li dan il-profesjonist ingħata transfer b’dan il-mod – f’mument meta l-pajjiż għadu bżonn l-aqwa imħuħ fil-ħidma kontra l-pandemija.

Il-Federazzjoni li tiġbor dawn il-professjonisti fakkret li l-Gvern għandu dejjem jimxi fuq il-pariri tal-esperti tas-saħħa. “Lanqas titwemmen li professjonist ingħata l-ġenb mill-Gvern sempliċiment għax mexa mal-Kodiċi tal-Etika”, qalet l-MFPA fi stqarrija.

It-tabib Kenneth Grech flimkien mal-Professur Charmaine Gauci