Lokali

AKTAR TAĦWID: Il-Ministeru jgħid li rriżenja; Gulia jgħid li għadu Chairman

Filwaqt li ftit tal-ħin ilu, Gavin Gulia rriżenja minn Membru Parlamentari ftit tas-sekondi wara li ħa l-ġurnament tiegħu fil-Parlament, issa l-Gvern qed jgħid li Gulia rriżenja minn Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu.

Din qed tissejjaħ taħwida għaliex filwaqt li lbieraħ, Gavin Gulia appena ġie elett, saħaq li se jirriżenja mill-MTA, illum fil-Parlament qal li se jibqa’ Chairman fl-Awtorità. Madanakollu ftit tal-minuti wara li spjega dan, bħala raġuni biex jirriżenja mill-Parlament, il-Gvern ħareġ jgħid li Gulia mhux se jibqa’ jifforma parti mill-MTA.

Għadu mhux ċar eżattament x’qed jiġri fil-Partit Laburista, x’se jiġri minn Gavin Gulia, x’se jiġri mis-siġġu Parlamentari li hu rriżenja minnu sekondi wara li sar Deputat jew x’se jiġri mill-kariga tiegħu fl-MTA.