Lokali

Appell biex l-anzjani fid-djar tal-anzjani jieħdu wkoll il-vaċċin

Il-Malta Chamber qed tappella biex ir-residenti kollha li jgħixu fid-djar tal-anzjani biex jieħdu l-vaċċin.

Fuq is-sit tagħha il-Malta Chamber qalet li fl-aħħar xhur mhux biss l-isptarijiet li esprejenzaw perjodi diffiċli, iżda kif ukoll id-djar tal-anzjani. Intqal li dawn il-postijiet jilqgħu fi ħdanhom għadd ta’ vulnerabbli, iżda permezz tat-tilqim kontra l-Covid wieħed jista’ jipproteġi lilu nnifsu.

L-appell kompla billi ntqal li fl-aħħar xhur l-amministraturi ta’ għadd ta’ djar tal-anzjani għamlu minn kollox biex iħarsu lill-anzjani fi ħdanhom, u għalhekk il-ħidma se tkompli biex wieħed kemm jista’ jkun ir-residenti fid-djar tal-anzjani jkunu protetti.