Lokali

Cyberattack fuq il-kumpanija Melita jikkawża problemi fl-internet

Klijenti tal-kumpanija Melita fl-aħħar ħin esperjenzaw problemi fil-konnessjoni tal-internet.

Dan hekk kif irriżulta li l-kumpanija sofriet cyberattack.

L-attakk jidher li seħħ kmieni waranofsinhar, u kien deskritt bħala DDOS attack jew distributed denial-of-service attack. Dan huwa attakk malizjuż intiż biex itellef it-traffiku normali ta’ server pertikolari, servizz jew network.

Fi stqarrija Melita qalet li qed timplimenta miżuri ta’ mitigazzjoni għal kontra dan l-attakk, filwaqt li assigurat lill-klijenti tagħha li l-ebda sistema ma ġiet aċċessata jew imbagħbsa.

Jidher li l-attakk sar bil-għan li l-persuni wara l-attakk jitolbu flus biex iwaqqfu dan is-cyberattack.

Ikkummenta