Sport Sport Ieħor

Dr. Carmel Abela ppreżentat bil-Commodore’s Award

Wara li l-Malta Crusising Club issosspendiet l-attivitajiet kollha kawża tal-pandemija tal-coronavirus, l-istess klbaa irnexxielu jikkordina wieħed mill-avvenimenti impenjattivi fejn iddentifikaw lil Dr. Carmel Abela bħala r-rebbieħ tal-Commodore’s Award.

Dan l-award kien introdott fl-2011 bl-għan li jkun ppreżentat lil membru bħala rikonoxximent tal-appoġġ li jkun ta lill-attivitajiet tal-klabb u lill-membri tiegħu.

Fi Frar qabel ma l-pajjiż mar f’semi-lockdown, tliet memberi tal-Malta Cruising Club, David Jones, Patrick Genovese u Dr. Carmel Abela qasmu l-Oċean Atlantiku, mill-Port ta’ Mindelo fil-Gżira ta’ Sao Vincente, il-Gżejjer ta’ Kap Verder, sal-Bajja ta’ Chaguaramas fil-Gżira ta’ Trinidad. Sfortunatament ftit wara li temm din l-avventura, Dr. Carmel Abela kellu jingħaqad ma’ sħabu t-tobba u l-infermiera fuq quddiem fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-coronavirus. Bħala Chariman tad-Dipartiment tal-Anestesija u l-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei, Dr. Abela huwa responsabbli mid-dipartiment li huwa fost il-front liners speċjalment fl-ITU filwaqt li jrid ikompli jipprovdi s-servizzi anestetiċi tas-soltu fit-teatri operattivi. Normalment, Dr. Abela jkun akkumpanjat minn martu Michelle jipparteċipa fl-avvenimenti kollha tal-ibburdjar u dawk soċjali tal-klabb, partikolarment il-lekċers informattivi.