Lokali Parlament

Gavin Gulia jirriżenja mill-ewwel minn deputat; se jibqa’ Chairman tal-MTA

Minuta biss wara li ħa l-ġurament tal-ħatra ta’ deputat Laburista wara li kien elett mill-elezzjoni każwali tas-seba’ distrett, Gavin Gulia irriżenja minn deputat Laburista.

F’diskors li għamel wara li ħa l-ġurmant tal-ħatra bħala deputat laburista, Gavin Gulia qal li hu għamel seba’ snin Chairman tal-Awtorità Maltija tat-Turżmu (MTA) u sostna li dawn kienu snin ta’ sodisfazzjon għall-mod kif it-turimu kompla jikber.

Hu qal li l-Prim Ministru kien talbu li jibqa’ Chairman tal-MTA f’perjodu kruċjali għat-tuiżmu. Id-deputat Laburista sostna li hu kien parteċipi fl-istrateġija tat-turiżmu u għalhekk aċċetta l-istedina tal-Prim Minsrtu u għalhekk se jibqa’ Chairman tal-MTA. Id-deputat Laburista għalhekk irriżenja minn deputat Laburista.

Sadattant fl-ewwel kummenti tiegħu wara li kien elett ilbieraħ, Gavin Gulia qal li kien se jirriżenja minn Chairman tal-MTA. Gavin Gulia bidel din il-pożizzjoni fi żmien 24 siegħa biex issa irriżenja minn deputat Laburista u se jibqa’ Chairman tal-MTA.