Wara li Gavin Gulia battal is-siġġu tiegħu fil-Kamra tar-Rappreżentanti sekondi wara li ħa l-ġurament tal-ħatra, issa qed jissemmew għadd ta’ ismijiet ta’ persuni li jistgħu jieħdu dan is-siġġu.
Fost l-ismijiet li qed jissemmew ħadd minnhom ma kien kandidat fl-elezzjoni ġenerali.
It-tabib Malcolm Paul Galea – Sindku ta’ Haz-Zebbug, u li hu persuna qrib hafna ta’ Robert Abela, hu wieħed minn dawn l-ismjijet.
Il-Kummissarju għall-Persuni b’Diżabbiltà Oliver Scicluna huwa wkoll imsemmi li jista’ jieħu post Gulia.
Anke Josianne Cutajar, li bħalissa hija Membru Parlamentari Ewropew f’isem il-Parit Laburista qed tisemma bħala persuna li tista’ timla dan is-siġġu.
//= $special ?>