Sport Sport Ieħor

Haithem Laamouz jinstab pożittiv għal sustanza projibtà mill-WADA

Il-boxer Malti Haither Laamouz instab pożittiv għal sustanza projbità mill-WADA, Norandrosterona wara test tad-doping li sarlu fi tmiem il-ġlieda li saret għat-titlu prestiġjuż tas-Super Featherweight tal-EBU li saret f’Ruma fl-4 ta’ Diċembru, liema ġlieda Laamouz rebaħ kontra t-Taljan Mario Alfano bil-punti b’deċiżjoni unanimu tal-ġurija.

Haither Laamouz mistenni jikkontesta r-riżultat u se mur għall-‘Counter AnalysisTest. In-NADO Malta ġiet infurmata bil-każ u se tkun infurmata bl-iżviluppi b’rabta ma’ dan il-każ.