Coronavirus Lokali Saħħa

Ikomplu jiżdiedu l-każi attivi – 189 każ ġdid ta’ Covid-19

Ikomplu jiżdiedu l-każi attivi dan hekk kif fl-aħħar sigħat instabu 189 każ ġdid ta’ Covid-19 bil-każijiet attivi issa telgħu għal 2,604.

It-total ta’ każijiet tela’ għal 14,958, filwaqt li dawk li fiequ huwa 12,123. In-numru ta’ fatalitajiet baqa’

Mill-240 każ li kien hemm it-Tlieta b’159 minnhom għadhom qed jiġu investigati u ma nafux kemm hemm minnhom sporadiċi. L-oħrajn kienu 45 każ fost il-familji, 15-il każ minn postijiet tax-xogħol, 6 każijiet ta’ nies li kellhom kuntatt dirett ma’ oħrajn bil-virus, 15-il każ minn attivitajiet soċjali fejn kien hemm persuni bil-virus.

Intant Net News jinsab infurmat li fil-lejl bejn it-Tlieta u l-Erbgħa kien hemm numru kbir ta’ persuni li daħlu għall-kura fl-Emerġenza ta’ Mater Dei, ħafna minnhom b’sintomi tal-Coronavirus.

It-tabib fid-Dipartiment tal-Emerġenza, Michael Spiteri, stqarr li kien lejl impenjattiv għall-istaff ta’ Mater Dei. Hu appella biex in-nies ma jirrikorrux l-Emerġenza għal problemi żgħar – għax għal dawn hemm il-Kura Primarja.

Fil-messaġġ tiegħu huwa qal li huwa kburi bil-ħaddiema li qed joffru l-aqwa servizz fl-Emerġenza.