Sport Sport Ieħor

Il-pubbliku mistieden jivvota għall-Atlas Atleta Żgħażugħ/a tas-Sena

L-Għaqda Ġurnalisiti Sport flimkien mal-Atlas Insurance nedew uffiċjalment il-votazzjoni għall-pubbliku sabiex jivvota għall-unur tal-Atlas Atleta Żgħażugħ/a tas-Sena għal 2020.

Ħdax-il atleta huma eleġibbli li jirbħu dan l-unur wara rebħu l-Atleta Żgħażugħ/a tax-Xahar matul is-sena li għaddiet. Ir-riżultat ta’ din il-votazzjoni se jkun maqsum f’60% voti tal-ġurnalisti u 40% vot tal-pubbliku liema votazzjoni qed iseħħ online fil-link annessa: https://www.facebook.com/atlasmalta/

Iċ-Chief Commercial Officer ta’ Atlas Insurance Robert Micallef qal li bil-ftehim mal-Għaqda Ġurnalisiti Sport qed jagħtu s-sehem tagħhom sabiex jinkoraġixxu liż-żgħażagħ jippratikaw l-isport. Ir-rebbieħ/a ta’ dan l-award se jitħabbar fil-25 ta’ Jannar.

L-atleti eliġibbli għal dan l-award huma:

Rachela Pace (Atletika) Jannar, Dejan Grech (Pool) Frar,
Tenishia Thornton (Weightlifting) Marzu u Novembru, Jake Vella (Għawm) April, Thomas Borg (Għawm paralimpiku) Mejju, Matthew Magro (Tenpin bowling) Ġunju, Richard Schulthies (Ibburdjar) Lulju, Sacha Gatt (Għawm) Awwissu, Kayden Lagana (Tenpin bowling) Settembru, Haley Bugeja (Futbol) Ottubru, Tara Vella Clark (Ġinnastika) Diċembru