Lokali

“Il-Prim Ministru jagħżel lil min irid hu – inkredibbli” – Charles Azzopardi

“Il-Prim Ministru jagħżel lil min irid hu. Inkredibbli. Kont qed nistenna li ddum xahar ma tiġri, imma mhux f’anqas minn 24 siegħa. Fejn hu żejtkom f’wiċċkom.”

Hekk stqarr l-eks Sindku Laburista Charles Azzopardi wara dak li seħħ illejla fil-Parlament – manuvri tal-mistħija mill-Prim Ministru Robert Abela, li issa fetaħ it-triq għal co-option.

“Id-demokrażija inqatlet. Wara Daphne konferma ċara li qtilna demokrazija ta’ poplu sħiħ. In-nies bħal nagħaġ li jmorru wara l-kibx. Jiena kont ħaruf tas-saġrifiċċju għal darba, darbtejn. Imma mhux nagħġa”, qal Azzopardi.