Id-dħul tal-Gvern naqas b’aktar minn biljun, preċiżament b’€1,116,800,000 fit-tielet kwart tal-2020. Tnaqqis ta’ €92,500,000 fuq l-istess kwart tas-sena ta’ qabel.
Dan it-tnaqqis hu prinċiparjament tnaqqis minn dħul fuq taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.
Fl-istess perjodu, l-infiq tal-Gvern żdied b’€261,600,000 fuq l-istess perjodu, biex tela’ għal €1,433,100,000. Terz ta’ din in-nefqa marret fuq il-programm ta’ assistenza għan-negozji.
Il-fond konsolidat ukoll ra defiċit ta’ €73,000,000.
Kien reġistrat tnaqqis ta’ kważi €37,000,000 f’kontijiet kurrenti u depożiti kif ukoll ta’ €19,700,000 fuq self fit-tul.
Fl-aħħar ta’ Settembru id-dejn tal-Gvern kien ta’ €6,838,800,000 – żieda ta’ €1,192,900,000 fuq l-istess perjodu tal-2019.
//= $special ?>