Lokali

Issofri ġrieħi gravi wara ħabta ma’ żewġ vetturi

Mara ta’ 55 sena residenti l-Gudja sofriet minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta b’inċident tat-traffiku dalgħodu għall-ħabta tad-9.15 fi Triq is-Sorijiet, Ħal Tarxien.

Fuq il-post issejħu membri tal-Pulizija fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa mill-vittma, u vettura oħra misjuqa minn raġel ta’ 26 sena residenti Ħal Tarxien. Jidher li l-vettura misjuqa mill-mara kellha impatt ukoll ma’ vann li kien ipparkjat.

Fuq il-post issejjaħ ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn wara li ta l-ewwel għajnuna, permezz ta’ ambulanza l-mara ttieħdet l-Isptar għal iktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.