Internazzjonali

Italja: L-akbar ġuri tal-Mafja għal għexieren ta’ snin

Mijiet ta’ allegati membri tal-akbar grupp tal-mafja fl-Italja bdew għaddejjin minn proċess tal-qorti li, fil-fatt, hu l-akbar proċess li jinvolvi elementi tal-kriminalità organizzata fil-pajjiż għal għexieren ta’ snin.

L-akkużi tressqu fil-konfront tt-355 suspettati mafjużi u uffiċjali korrotti wara investigazzjoni twila dwar il-grupp kriminali ‘Ndrangheta. ‘Il fuq minn 900 persuna mistennija jippreżentaw ix-xhieda waqt il-proċess, bl-imputati jridu jwieġbu l-akkużi dwar numru ta’ omiċidji, traffikar tad-droga, rikatt ta’ uffiċjali u ħasil ta’ flus.

Il-ġuri li beda fir-reġjun ta’ Kalabrija (lejn in-nofsinar tal-Italja) mistenni jdum għaddej għal aktar minn sentejn.

Dan meta l-proċess qed jitmexxa f’bini modifikata u fortifikata u fost l-aktar sigurtà intensiva.

L-aħħar darba li l-Italja rat proċess ġudizzjarju għall-mafjużi fuq skala hekk kbira kienet seħħet matul it-tmeninijiet – u meta llum, l-‘Ndrangheta sar l-aktar grupp tal-mafja b’saħħtu fil-pajjiż.