Lokali

Kumitat ġdid li se jħares l-aqwa interess tat-tfal

Ġie mniedi il-Kumitat Tekniku tal-Parental Alienation – kumitat li se jkun qed iħares l-aqwa interess tat-tfal, li l-ġenituri tagħhom għal xi raġuni ma jibqgħux flimkien.

Dan il-kumitat nħoloq wara numru ta’ ilmenti ta’ nies li jaħdmu fis-settur soċjali u oħrajn li tul ħajjithom esperjenzaw xi tip ta’ aljenazzjoni.

Il-ħidma ta’ dan il-kumitat se tkun qed tiffoka fuq il-fatt li t-tfal m’għandomx jintużaw bħala għodda biex ġenitur jieħu vantaġġ minn ieħor. Il-membri tal-kumitat se jaraw ukoll l-effiċjenzja ta’ sistemi ġudizzjarji f’każijiet bħal dawn.

Fil-kumitat tal-Parental Alienation hemm fost l-oħrajn il-Kummissarju għat-Tfal Pauline Miceli, il-Kummissarju fil-qasam tal-Vjolenza Domestika Audrey Friggieri u Steve Libreri li jaħdem fil-qasam tas-Servizzi tal-Protezzjoni tat-Tfal.