Lokali

L-Ombudsman jaħtar lill-Prim Imħallef Emeritus Vincent De Gaetano bħala Kummissarju għall-Edukazzjoni

L-Ombudsman Parlamentari, Anthony C. Mifsud ħatar lill-Prim Imħallef Emeritu Vincent A. De Gaetano bħala Kummissarju għall-Edukazzjoni skont il-poter mogħti lilu fl-Artiklu 17A (2) tal-Att dwar l-Ombudsman b’effett mis-7 ta’ Jannar 2021. 

Il-Kummissarji, bħall-Ombudsman, huma Uffiċjali awtonomi tal-Parlament u jgawdu mill-istess indipendenza u sigurtà fil-kariga. 

Il-Kummissarji jaħdmu b’mod indipendenti minn xulxin, iżda jikkoordinaw il-ħidma tagħhom mal-Uffiċċju tal-Ombudsman