Internazzjonali

Lisa Montgomery: L-aħħar mara fuq Death Row tingħata l-piena kapitali fl-Istati Uniti

L-unika mara li kienet qed tistenna l-piena kapitali dwar omiċidju, fl-aħħar sigħat, żammet l-appuntament mal-mewt fil-ħabs ta’ Terre Haute, fl-Istat Amerikan ta’ Indiana.

Lisa Montgomery – li kisbet prominenza bħala l-unika mara fuq ‘death row’ fl-Istati Uniti – ingħatat l-injezzjoni letali ftit wara li l-Qorti Suprema tal-pajjiż kienet ipposponiet l-esekuzzjoni għal ftit tal-ħin ( stay of execution).

Il-każ ta’ Montgomery kien attira attenzjoni kbira għaliex l-avukati tagħha baqgħu jinsistu sal-aħħar li r-reat tagħha kien dovut ‘għall-mard mentali’, filwaqt li enfasizzaw li l-mara kienet batiet minn abbuż serju fi tfulitha.

Montgomery, li kellha 52 sena, kienet għallqet mara tqila qabel ‘qatgħet it-tarbija mill-ġuf tal-vittma’ u żammitha għaliha. Il-każ, f’Missouri, imur lura għall-2004 u l-vittma, Bobbie Joe Stinnett, kienet mietet żvinata.

Għaldaqstant, Lisa Montgomery saret l-ewwel mara li ngħatat mewta legali mill-Gvern Amerikan għal dawn l-aħħar 67 sena.