Futbol Sport

Pochettino jirbaħ l-ewwel unur fil-karriera ta’ kowċ

(Ritratt: EPA)

PSG għelbu lil Marseille 2-1 fil-finali tat-Trophee des Champions biex b’hekk, il-kowċ il-ġdid taċ-champions Franċiżi Mauricio Pochettino rebaħ l-ewwel unur bħala kowċ.

PSG fetħu l-iskor permezz ta’ MAURO ICARDI, filwaqt li NEYMAR irdoppja minn penalty b’DIMITRI PAYET inaqqas l-iskor għal Marseille. B’din ir-rebħa, PSG komplew jiddominaw il-futbol fi Franza hekk kif rebħu 19 minn 20 il-finali domestika.

Pochettino naqas milli jirbaħ unur matul l-epserjenzi tiegħu ma’ Espanyol, Southampton u Totteham fejn irnexxielu jasal sa żewġ finali ma’ Tottenham fl-2015 u l-2019.