Coronavirus Internazzjonali

Possibbiltà li l-lukandi jservu bħala sptarijiet fir-Renju Unit

Is-Segretarju tas-Saħħa Britanniku, Matt Hancock, qal li ma jistax jeskludi li, fir-Renju Unit, jiżdiedu aktar miżuri mar-restrizzjonijiet diġà riġidi. Dan fid-dawl tal-agħar kriżi tas-saħħa għal għexieren ta’ snin, kriżi dovuta għall-effetti tal-pandemija tal-Covid-19, meta l-kapijiet tal-pulizija fir-Renju Unit jinsabu taħt pressjoni kbira biex jinfurzaw aktar ir-regoli tal-lockdown.

Il-Coronavirus laqat ħażin ħafna lir-Renju Unit tul l-aħħar ġimgħat u l-awtoritajiet qegħdin iwissu li għadhom ma waslux sal-agħar punt tal-pandemija.

Hancock qal li mhux qed jeskludi li fis-sitwazzjoni kurrenti jsir użu mil-lukandi biex jservu bħala sptarijiet dan hekk kif ma fadalx aktar spazju fl-isptarijiet… bl-NHS hija litteralment eżawrita.

Is-Segretarju tas-Saħħa Brittaniku tenna li r-restrizzjonijiet hemm ċans jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Marzu, b’numru ta’ ħaddiema tas-saħħa jinsabu mħassba bil-piż kbir li hemm bħalissa fuqhom.