Lokali

“Robert Abela jinteressah biss mill-Partit Laburista” – Bernard Grech

Robert Abela jinteressah biss mill-interessi partiġjani tiegħu u tal-Partit Laburista.

Hekk kiteb il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fl-ewwel kummenti tiegħu fuq Facebook wara l-aħbar li Gavin Gulia rriżenja minn Deputat Parlamentari.

Bernard Grech qal li llum Robert Abela reġa’ kkonferma li hu jinteressah biss mill-interessi partiġjani tiegħu u tal-Partit Laburista meta waqqa’ għaż-żufjett l-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna u deputat parlamentari tiegħu rriżenja ftit sekondi wara li ħa l-ġurament tal-ħatra.

Ħadd ma jemmen li Robert Abela u Gavin Gulia ma kellhomx kollox ippjanat minn qabel ma wettqu x-xeneġġjata li wettqu llum bl-ikbar disprezz lejn ir-rieda u l-għażla tal-votanti.

Għal darb’oħra Robert Abela qed jimmanipula s-sistema demokratika biex idaħħal fil-Parlament lil min irid hu u mhux lil min eleġġa l-poplu. Robert Abela ma jiddejjaq minn ħadd u minn xejn biex iwettaq il-pjan tiegħu temm jgħid il-messaġġ ta’ Bernard Grech.

Ikkummenta